Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2013 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-28/12) 1

(Servizz pubbliku – Talba għat-tħassir ta’ sentenza mir-rapport mediku – Inċident jew mard ikkaġunat mix-xogħol – Ċaħda impliċita tat-talba)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Gattinara, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita li tiċħad it-talba tar-rikorrent sabiex titħassar sentenza mir-rapport mediku tat-28 ta’ Frar 2008, sabiex jintbagħat rapport ġdid ikkoreġut f’dan is-sens lit-tabib magħżul mir-rikorrent, u sabiex titħassar ukoll, b’mod ġenerali, mill-fajl tal-inċident fuq ix-xogħol tar-rikorrent, kull informazzjoni li tikkonċerna l-fatt, liema fatt ir-rikorrent jallega li ma huwiex minnu, li t-trab abjad li r-rikorrent kellu kuntatt miegħu finalment irriżulta li kienu trabijiet bojod ta’ kopja ta’ ġurnal li r-rikorrent kien abbonat għalih.

Dispożittiv tad-digriet

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż esposti mill-Kummissjoni Ewropea.

L. Marcuccio huwa kkundannat iħallas lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea s-somma ta’ EUR 2 000.

____________

1 ĠU C 174, 16.6.12, p. 31.