Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tat-3 ta’ Mejju 2013 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-40/11) 1

(Servizz pubbliku – Sigurtà soċjali – Ex uffiċjal irtirat minħabba invalidità – Inċident – Nuqqas ta’ kopertura – Rikors li ma għadx għandu skop – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, bħala aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tistabbilixxi l-benefiċċji li għandu dritt għalihom ir-rikorrent minħabba d-diżabbiltà parzjali permanenti tiegħu.

Dispożittiv tad-digriet

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors F-40/11, Marcuccio vs Il-Kummissjoni.

L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż esposti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 186, 25.6.11, p. 34.