Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Marzu 2011 – Mioni vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-28/10) 1

(Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt – Remunerazzjoni - Allowance ta’ espatrijazzjoni – Kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal – Residenza abitwali qabel id-dħul fil-kariga)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Gaëtan Barthélémy Maxence Mioni (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Vogel, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin u B. Eggers, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li twaqqaf l-għoti tal-allowance ta’ espatrijazzjoni preċedentement mogħtija lir-rikorrent

Dispożittiv

Ir-rikors ta’ G. Mioni huwa miċħud.

G. Mioni għandu jbati l-ispejjeż kollha.

____________

1 ĠU C 179, 03.07.2010, p. 58