Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Marzu 2011 – Begue et vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-27/10) 1
(Servizz pubbliku – Membri tal-persunal bil-kuntratt – Allowance għal ħaddiema regolarment suġġetti li jibqgħu fuq dmirijiet ta’ riżerva – Artikolu 55 u Artikolu 56c tar-Regolamenti tal-Persunal – Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 495/77)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Christian Begue et (Marcy, Franza) (rappreżentant: A. Woimant, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin u B. Eggers, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta lir-rikorrenti l-ħlas b’effett retroattiv tal-allowance għal minn jibqgħa fuq dmirijiet ta’ riżerva stabbilit fl-Artikolu 56c tar-Regolamenti tal-Persunal.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Ir-rikorrenti għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom u huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tal-Kummissjoni.
____________1 ĠU C 179, 03.07.2010, p. 58.