Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Frar 2012 – AY vs Il-Kunsill

(Kawża F-23/11)1

(Servizz Pubbliku – Uffiċjali – Promozzjoni – Proċedura ta’ promozzjoni 2010 – Eżami komparattiv tal-merti – Nuqqas milli jittieħed inkunsiderazzjoni t-taħriġ ulterjuri u ċ-ċertifikazzjoni – Żball ta’ liġi)

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: AY (Bousval, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn É. Boigelot u S. Woog, sussegwentement minn É. Boigelot, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u J. Herrmann, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill li ma jinkludix lir-rikorrent fil-lista ta’ uffiċjali promossi għall-grad AST 9 skont il-proċedura ta’ promozzjoni 2010 u l-.kumpens għad-dannu morali subit.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrifjuta li jippromwovi lil AY għall-grad ta’ AST 9 skont il-proċedura ta’ promozzjoni 2010 hija annullata.

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet magħmula sussidjarjament minn AY.

Il-kumplament tat-talbiet tar-rikors ta’ AY huma miċħuda.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż kollha kemm huma.

____________

1 ĠU C 226, 30.07.2011, p.31.