Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2012 – ZZ u ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-18/12)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ u ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u S. Orlandi, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjonijiet ta’ trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz fil-Kummissjoni abbażi tal-proposta kkalkolata mill-ġdid tal-PMO.
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjonijiet li jannullaw u jissostitwixxu l-proposti ta’ trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni tar-rikorrenti fil-kuntest tat-talba tagħhom skont l-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, li jinkludu proposta ġdida kkalkolata abbażi tad-DĠE adottati fit-3 ta’ Marzu 2011;
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.