Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Marzu 2012 – BI vs Cedefop
(Kawża F-31/11) 1
(Servizz Pubbliku – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Lingwa taċ-ċaħda tal-ilment)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: BI (Evosmos, il-Greċja) (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)
Konvenut: Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (rappreżentanti: M. Fuchs, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tad-Direttur tas-Cedefop li ttemm l-impjieg tar-rikorrent u talba għall-kumpens tad-dannu materjali u morali subit.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
BI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
____________1 ĠU C 186, 25.06.11, p. 33.