Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Marzu 2012 – BD vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-36/11)1
(Servizz Pubbliku – Membri tal-persunal bil-kuntratt – Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt – Artikolu 11a tar-Regolamenti tal-Persunal – Kunflitt ta’ interess – Rabta ta’ fiduċja – Artikolu 12b tar-Regolamenti tal-Persunal – Attività esterna – Preżunzjoni tal-innoċenza)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: BD (Etterbeek, il-Belġju) (rappreżentanti: T. Bontinck u S. Woog, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u J. Baquero Cruz, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li l-kuntratt tar-rikorrent ma jiġix estiż wara li jiskadi u, b’hekk, ir-reintegrazzjoni tiegħu fil-kariga mill-1 ta’ Novembru 2010.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
BD għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni.
____________1 ĠU C 179, p 22.