Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Marzu 2012 – Rapone vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-36/10) 1
(Servizz pubbliku – Kompetizzjoni ġenerali – Kandidaturi suċċessivi f’kompetizzjonijiet ġenerali – Ċaħda ta’ reġistrazzjoni)
Lingwa tal-kawża:it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Chiara Rapone (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: A. Rapone, avukat, sussegwit minn L. Rapone, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EPSO li ma tirreġistrax l-applikazzjoni ppreżentata mir-rikorrenti għall-parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni ġenerali ESPO/AD/177/10.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
C. Rapone għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.
____________1 ĠU C 209, 31.07.2010, p. 54.