Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Marzu 2012 – Rapone vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-36/10) 1

(Servizz pubbliku – Kompetizzjoni ġenerali – Kandidaturi suċċessivi f’kompetizzjonijiet ġenerali – Ċaħda ta’ reġistrazzjoni)

Lingwa tal-kawża:it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Chiara Rapone (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: A. Rapone, avukat, sussegwit minn L. Rapone, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EPSO li ma tirreġistrax l-applikazzjoni ppreżentata mir-rikorrenti għall-parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni ġenerali ESPO/AD/177/10.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

C. Rapone għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.

____________

1  ĠU C 209, 31.07.2010, p. 54.