Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2012 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-46/12)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u D. Abreu Caldas, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AST/111/10 li l-isem tar-rikorrent ma jitniżżilx fil-lista tal-kandidati magħżula ta’ din il-kompetizzjoni.
Talbiet tar-rikorrent
tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AST/111/10 li l-isem tar-rikorrent ma jitniżżilx fil-lista tal-kandidati magħżula ta’ din il-kompetizzjoni;
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.