Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta’ April 2012 – ZZ u ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-44/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ u ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u S. Orlandi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tal-proposti ta’ trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz fil-Kummissjoni abbażi tal-kalkolu li jieħu inkunsiderazzjoni DGE ġodda li daħlu fis-seħħ wara t-talbiet għal trasferiment tar-rikorrenti.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjonijiet ta’ ċaħda tal-ilmenti tar-rikorrenti intiżi għall-applikazzjoni ta’ DGE u ta’ rati ta’ kalkolu fis-seħħ fil-mument tat-talba tagħhom għal trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tagħhom;

sakemm ikun hemm bżonn, jannulla d-deċiżjonijiet rigward il-kalkolu taż-żieda fil-valur tad-drittijiet tal-pensjoni tagħhom miksuba qabel id-dħul tagħhom fis-servizz tal-Kummissjoni;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.