Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Marzu 2012 – ZZ vs BEI

(Kawża F-36/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: N. Thieltgen, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tat-talba tar-rikorrent għal kumpens għad-danni subiti minnha minħabba l-allegata amministrazzjoni skorretta tal-konvenut.

Talbiet tar-rikorrent

jikkunanna lill-BEI għall-ħlas ta’ kumpens għad-danni fiżiċi, morali u materjali tar-rikorrent li jirriżultaw mill-illegalità tal-amministrazzjoni skorretta attribwibbli lill-BEI, b’tali mod li l-kumpens għandu jiżdied bl-interessi moratorji:

fir-rigward tal-ksur mill-BEI tad-dmirijiet tagħha ta’ premura u ta’ protezzjoni: EUR 114 100;

fir-rigward tal-ksur tal-Artikolu 42 tar-regolament: EUR 10 000;

jikkundanna lill-BEI għall-ispejjeż.