Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Marzu 2012 – ZZ vs FRA

(Kawża F-38/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni li ma jiġix imġedded il-kuntratt tar-rikorrenti u tad-deċiżjoni li din tal-aħħar tiġi ttrasferita fi ħdan dipartiment ieħor, kif ukoll talba għall-kumpens tad-danni morali u materjali mġarrba.

Talbiet tar-rikorrenti

l-annullament tad-deċiżjoni li ma jiġix imġedded il-kuntratt tar-rikorrenti;

l-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrenti tiġi ttrasferita fi ħdan dipartiment ieħor;

il-kumpens għad-dannu materjali mġarrab mir-rikorrenti stmat għal EUR 1 320 fix-xahar minn Settembru 2012, bl-interessi skont ir-rata prinċipali tal-Bank Ċentrali Ewropew miżjuda b’żewġ punti perċentwali;

il-kumpens għad-dannu morali mġarrab mir-rikorrenti stmat għal EUR 50 000;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.