Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Settembru 2012 – Markland vs Europol

(Kawża F-34/11) 1

(Servizz Pubbliku – Persunal tal-Europol – Kuntratt ta’ aġent temporanju – Kundizzjonijiet tal-Impjieg – Klassifikazzjoni fi grad – Rikors manifestement infondat)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Saskia Jane Markland (La Haye, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: N. D. Dane, avukat)

Konvenuta: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (rappreżentanti: D. Neumann, D. El Khoury u J. Arnould, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tikklassifika lir-rikorrenti fil-grad AST 5.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat.

2)    S.J. Markland għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija.

____________

1 ĠU C 204, 09.07.11, p. 30.