Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Settembru 2012 – Markland vs Europol
(Kawża F-34/11) 1
(Servizz Pubbliku – Persunal tal-Europol – Kuntratt ta’ aġent temporanju – Kundizzjonijiet tal-Impjieg – Klassifikazzjoni fi grad – Rikors manifestement infondat)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Saskia Jane Markland (La Haye, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: N. D. Dane, avukat)
Konvenuta: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (rappreżentanti: D. Neumann, D. El Khoury u J. Arnould, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tikklassifika lir-rikorrenti fil-grad AST 5.
Dispożittiv
1) Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat.
2) S.J. Markland għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija.
____________1 ĠU C 204, 09.07.11, p. 30.