Language of document :

Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2012 – ZZ et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-29/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjonijiet ta’ trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz mal-Kummissjoni abbażi tal-proposta kkalkolata mill-ġdid mill-PMO.

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara l-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali tal-implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal bħala illegali;

tannulla d-deċiżjonijiet li jannullaw u li jissostitwixxu l-offerti ta’ bonus tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti;

tannulla d-deċiżjonijiet li fuq it-talbiet għal trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti jiġu applikati l-paramentri msemmija fid-dispożizzjonijiet ġenerali tal-implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.