Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2012 – Macchia vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-63/11) 1

(Servizz Pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat – Setgħa diskrezzjonali tal-amministrazzjoni – Dmir ta’ premura – Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg – Artikolu 4 tad-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tal-OLAF, tat-30 ta’ Ġunju 2005, dwar il-politika ġdida fil-qasam tar-reklutaġġ u l-impjieg tal-persunal temporanju tal-OLAF – Żmien massimu tal-kuntratti ta’ membru tal-persunal temporanju)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Luigi Macchia (Woluwé-Saint-Lambert, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rogrigues, A. Blot u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita li ma jiġġeddidx il-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju tar-rikorrent.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali li qed jaġixxi bħala l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), tat-12 ta’ Awwissu 2010, li tiċħad it-talba biex jiġi estiż il-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju ta’ Luigi Macchia, hija annullata.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

____________

1 ĠU C 226, 30.07.2011, p. 32.