Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2012 – ZZ vs SEAE

(Kawża F-70/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen, É. Marchal, avukati)

Konvenut: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD 13 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2011.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-15 ta’ Novembru 2011 li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD 13 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2011;

jikkundanna lis-SEAE għall-ispejjeż.