Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2012 – ZZ vs Il-Kunsill

(Kawża F-81/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjonijiet li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD 12 fil-proċeduri ta’ promozzjoni 2010 u 2011.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tippromwovix lir-rikorrent għall-grad AD 12 fir-rigward tal-proċedura ta’ promozzjoni 2010;

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tippromwovix lir-rikorrent għall-grad AD 12 fir-rigward tal-proċedura ta’ promozzjoni 2011;

tannulla, fejn huwa l-każ, id-deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ lment tat-18 ta’ April 2012 kontra d-deċiżjonijiet li ma jiġix promoss għall-grad AD 12 fir-rigward tal-proċeduri ta’ promozzjoni 2010 u 2011;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.