Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2012 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-77/12)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: R. Nedin, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix ammess għall-eżamijiet ta’ evalwazzjoni fil-kuntest tal-kompetizzjoni EPSO/AD/208/11.

Talbiet tar-rikorrent

Annullament tad-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tal-ilment tat-18 ta’ Jannar 2012 u tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Ġħażla tal-10 ta’ Mejju 2012, peress li dawn imorru kontra l-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ ugwaljanza tal-opportunitajiet, kif ukoll it-tħassir tal-konsegwenzi legali tad-deċiżjonijiet ikkontestati.