Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2012 – ZZ vs EIT

(Kawża F-80/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi, A. Blot, avukati)

Konvenuta: Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni li tassejna lir-rikorrent pożizzjoni ta’ xogħol differenti.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni li taħtar lir-rikorrent bħala konsulent li tħabbret lilu fis-16 ta’ Settembru 2011, u kkonfermata mill-verżjoni aġġornata tad-deskrizzjoni ta’ xogħlu li ġiet ikkomunikata lilu fis-6 ta’ Otturbu 2011;

f’każ ta’ bżonn, jannulla d-deċiżjoni impliċita li tiċħad l-ilment tar-rikorrent, li ġie ppreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2011;

jikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.