Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2012 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-67/12)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent bil-għan li jinkiseb kumpens għad-danni subiti minħabba l-fatt li l-konvenuta bagħtet ittra dwar l-irkupru possibbli tas-servizz tar-rikorrent, u ta’ risposta għal ċerti talbiet ta’ dan tal-aħħar, lil avukat li ddefenda lir-rikorrent f’kawżi numerużi, imma li r-rikorrent ma tahx mandat ġenerali.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni, hi kif inhi l-forma tagħha, grazzi għal liema ġiet iċ-ċaħda, minn naħa tal-Kummissjoni, tat-talba tal-20 ta’ Mejju 2011, li r-rikorrent bagħat lill-Awtorità tal-Ħatra;

quatenus oportet, jannulla l-att, hi kif inhi l-forma tiegħu, ta’ rifjut mill-Kummissjoni, tal-ilment, tal-1 ta’ Diċembru 2011, kontra d-deċiżjoni li tiċħad it-talba tal-20 ta’ Mejju 2011 u għall-annullament ta’ din l-aħħar deċiżjoni ta’ rifjut kif ukoll l-aċċettazzjoni tat-talba tal-20 ta’ Mejju 2011;

quatenus oportet, jannulla l-ittra tad-9  ta’ Marzu 2012;

jikkundanna lill-Kummissjoni li tikkumpensa d-danni, inġustament subiti mir-rikorrent minħabba t-trażmissjoni lill-avukat Giuseppe Cipressa, min-naħa tal-Kummissjoni, tal-ittra attribwibbli lill-Kummissjoni, mingħajr data, grazzi għall-ħlas, favur ir-rikorrent, tas-somma ta’ EUR 10 000 jew is-somma ikbar jew iżgħar li t-Tribunal jidhirlu ġust u ekwu;

jikkundanna lill-Kummissjoni li tħallas lir-rikorrent, dekorribbli mill-jum ta’ wara dak li fih, it-talba tal-20 ta’ Mejju 2011 waslet għand il-Kummissjoni, sal-ħlas effettiv tas-somma ta’ EUR 10 000, l-interessi fuq din tal-aħħar, bir-rata ta’ 10 % fis-sena, u b’kapitalizzazzjoni annwali;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.