Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Settembru 2011 – da Silva Tenreiro vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-72/10) 1

(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Reklutaġġ – Artikolu 7(1) tar-Regolamenti tal-Persunal – Artikolu 29(1)(a) u (b) tar-Regolamenti tal-Persunal – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Użu ħażin ta’ poter – Motivazzjoni)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Mario Paulo da Silva Tenreiro (Kraiinem, il-Belġju) (rappreżentanti : S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers u P. Pecho, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, it-talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad il-kandidatura tar-rikorrent sabiex timtela’ l-pożizzjoni ta’ direttur tad-Direttorat E “Ġustizzja” tad-DĠ “Ġustizzja, Libertà u Sigurtà”, kif ukoll tad-deċiżjoni ta’ ħatra tad-direttur il-ġdid. Min-naħa l-oħra, it-talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tingħalaq il-proċedura sabiex timtela’ l-pożizzjoni ta’ direttur tad-DĠ JLS.F “Sigurtà”, kif ukoll tad-deċiżjoni ta’ ħatra tad-direttur il-ġdid.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-rikorrent huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 317, 20.11.2010, p. 49.