Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2012 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-85/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal u S. Orlandi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni li jsir il-kalkolu tal-bonus tad-drittijiet għall-pensjoni miksub qabel id-dħul fis-servizz abbażi ta’ dispożizzjonijiet ġenerali ġodda tad-DGE.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni tas-27 ta’ Jannar 2012 li talloka bonus tad-drittijiet għall-pensjoni miksub mir-rikorrenti qabel id-dħul fis-servizz tiegħu fil-Kummissjoni skont l-Artikolu 11(2), tal-Anness VIII tal-Istatut;

sa fejn hemm bżonn, jannulla d-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tiegħu tat-2 ta’ Mejju 2012 kontra d-deċiżjoni li tistabbilixxi l-bonus tad-drittijiet tiegħu għall-pensjoni miksub qabel id-dħul fis-servizz tiegħu fl-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni;

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.