Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2012 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-60/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: E. Guerrieri Piaceri, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Erwopea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrenti ma tingħatax sitt punti ta’ promozzjoni għall-proċedura ta’ promozzjoni 2011, reviżjoni tar-rapport ta’ evalwazzjoni u għoti tal-punti neċessarji sabiex tiġi promossa għall-grad AST 2.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni li jevalwa lir-rikorrenti għall-perijodu 01/01/2010 – 31/12/2010 u d-deċiżjoni li tagħti lir-rikorrenti żewġ punti ta’ promozzjoni għall-istess perijodu;

bħala konsegwenza tal-annullament, tordna lill-konvenuta twettaq eżami sussegwenti tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrenti, u tagħti l-punti neċessarji għall-promozzjoni tagħha għall-grad AST 2 b’effett retroattiv mill-01/01/2011;

tikkundanna lill-konvenuta tħallas is-somma stmata ex aequo et bono għal EUR 20 000.00 (inklużi l-ispejjeż tal-proċeduri).