Language of document :

Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Awissu 2012 – ZZ vs Il-Kunsill

(Kawża F-84/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta lir-rikorrent l-aċċess dirett għar-rapport finali tal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni ta’ invalidità u l-aċċess għad-dijanjosi tat-tielet tabib ta’ din il-Kummissjoni.

Talbiet tar-rikorrent

janunulla d-deċiżjoni, tas-17 ta’ Ottubru 2011, li ċċaħħad lir-rikorrent minn aċċess dirett għar-rapport finali tal-konklużjonijet tal-Kummissjoni ta’ invalidità kif ukoll li jkollu aċċess għad-dijanjosi tat-tielet tabib;

jannulla d-deċiżjoni tal-AIPN, tal-24 ta’ Marzu 2012, li tikkostitwixxi risposta għall-ilment imressaq skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal;

jikkundanna lill-Kunsill iħallas id-danni u l-interessi moratorji u kumpensatorji bir-rata ta’ 6,75 % għad-danni morali u materjali subiti;

jikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.