Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2012 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-76/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tittrasforma l-punti ta’ mertu akkwistati fi ħdan istituzzjoni oħra u tan-nota amministrattiva li tippubblika l-lista tal-uffiċjali promossi fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2011.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar it-trasformazzjoni tal-punti ta’ mertu akkwistati mir-rikorrent fi ħdan istituzzjoni oħra, flimkien man-nota amministrattiva Nru 48/2011, tas-27 ta’ Ottubru 2011, li tippubblika l-lista tal-uffiċjali promossi fil-kuntest tal-proċedura ta’ evalwazzjoni u ta’ promozzjoni 2011, li ma tinkludix l-isem tar-rikorrent;

sa fejn ikun meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni adottata mill-Awtorità tal-Ħatra li tiċħad l-ilment tar-rikorrent;

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ħlas ta’ danni, evalwati b’mod provviżorju u ex aequo et bono bħala EUR 20 000, bħala kumpens għad-dannu materjali mġarrab;

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.