Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2012 – ZZ vs BEI

(Kawża F-107/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-BEI li ma jikkalkolax is-snin ta’ servizz għall-pensjoni miżjuda tar-rikorrenti.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tat-talba tar-rikorrent tal-10 ta’ Lulju 2011 intiża sabiex il-Bank Ewropew tal-Investiment jikkalkola s-snin ta’ servizz għall-pensjoni miżjuda tiegħu u, barra minn hekk, sabiex iħallas l-ammont korrispondenti għal din iż-żieda;

jikkundanna lill-Bank Ewropew tal-Investiment jakkredita lir-rikorrenti żieda tas-snin ta’ servizz għall-pensjoni tiegħu ekwivalenti għal sitt snin u xahar ta’ assigurazzjoni addizzjonali;

jikkundanna lill-Bank Ewropew tal-Investiment iħallas is-somma stabbilita ex aequo et bono provviżorjament għal EUR 5000, għad-danni morali subiti;

jikkundanna lill-Bank Ewropew tal-Investiment għall-ispejjeż.