Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2012 – Davids vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-105/11) 1

(Servizz Pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Membru tal-persunal temporanju li jokkupa pożizzjoni permanenti – Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat – Setgħa diskrezzjonali tal-amministrazzjoni – Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg – Artikolu 4 tad-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tal-OLAF, tat-30 ta’ Ġunju 2005, dwar il-politika ġdida fil-qasam tar-reklutaġġ u l-impjieg tal-persunal temporanju tal-OLAF – Żmien massimu tal-kuntratti ta’ membru tal-persunal temporanju – Abbuż ta’ dritt)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Hans Davids (Doorn, il-Pajjiżi l-Baxxi), (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tal-OLAF li tiċħad it-talba tar-rikorrent għal proroga tal-kuntratt tiegħu bħala membru tal-persunal temporanju fis-sens tal-Artikolu 2(b) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________

1 ĠU C 6, 07.01.2012, p. 26.