Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Settembru 2011 – Heath vs BĊE
(Kawża F-121/10) 1
(Servizz pubbliku – Persunal tal-BĊE – Skema tal-pensjoni – Pjan tal-pensjoni – Żieda annwali tal-pensjoni – Indiċi armonizzati tal-prezzijiet tal-konsum – Opinjoni tal-attwarju tal-pjan tal-pensjoni – Konsultazzjoni tal-kumitat tal-persunal – Konsultazzjoni tal-kumitat ta’ sorveljanza – Dritt għan-negozzjar kollettiv)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Michael Heath (Southampton, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)
Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: P. Embley u E. Carlini, aġenti, B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-dikjarazzjonijiet tal-pensjoni tar-rikorrent għax-xahar ta’ Jannar 2010 u tax-xhur segwenti, sa fejn dawn japplikaw żieda fil-pensjoni ta’ 0.6 % wara eżerċizzju ta’ aġġustament tal-pensjoni għall-2010, u l-kumpens għad-dannu subit mir-rikorrent
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
M. Heath għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk tal-Bank Ċentrali Ewropew.
____________1 ĠU C 30, 29.01.2011, p.67.