Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2012 – ZZ vs Il-Kunsill

(Kawża F-98/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjonijiet li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD12 fil-kuntest tal-proċeduri ta’ promozzjoni 2008 u 2009.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD12 fil-kuntest tal-proċeduri ta’ promozzjoni 2008 u 2009;

sa fejn huwa meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tas-6 ta’ Ġunju 2012 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent indirizzat kontra n-nuqqas ta’ promozzjoni tiegħu għall-grad AD12 fil-kuntest tal-proċeduri ta’ promozzjoni 2008 u 2009;

jikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.