Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Marzu 2011 – AP vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża F-107/10)

(Servizz pubbliku – Dewmien – Inammissibbiltà manifesta)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: AP (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: B. Cortese u C. Cortese, avukati)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-Qorti tal-Ġustizzja li, minkejja li tagħti lir-rikorrent id-dritt għall-allowance tad-dar mill-1 ta’ Lulju 2009, tagħtih id-dritt għall-benefiċċju minn din l-allokazzjoni biss mill-1 ta’ Novembru 2009 u, sussidjarjament, talba għad-danni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

AP għandha tbati l-ispejjeż tagħha.