Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2011 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-138/11)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni ta’ trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz mal-Kummissjoni abbażi tal-proposta kkalkolata mill-ġdid tal-PMO.
Talbiet tar-rikorrent
jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Mejju 2011 li tannulla u tissostitwixxi d-deċiżjoni tat-22 ta’ Ottubru 2009;
jikkonstata l-validità tal-ftehim li jikkonċerna t-trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni tar-rikorrent abbażi tal-offerta aċċettata skont il-kalkolu tad-deċiżjoni tat-22 ta’ Ottubru 2009;
sa fejn meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni tat-12 ta’ Settembru 2011, li tiċħad espressament l-ilment tar-rikorrent;
sussidjarjament, jirrikonoxxi d-dannu subit u tagħti lir-rikorrent l-ammont ta’ EUR 6 207.71 bħala danni u interessi kompensatorji miżjuda bl-interessi moratorji bir-rata tal-Bank Ċentrali Ewropew miżjuda b’żewġ punti;
jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.