Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2011 – ZZ vs EMA

(Kawża F-135/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi, J.-N. Louis, D. Abreu Caldas, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni biex il-kuntratt bħala membru tal-persunal temporanju tar-rikorrent ma jiġġeddidx.

Talbiet tar-rikorrent

Jannulla d-Deċiżjoni tat-30 ta’ Mejju 2011 li permezz tagħha l-EMA rrifjutat li teżamina l-possibbiltajiet ta’ tiġdid tal-kuntratt tar-rikorrent;

jikkundanna lill-EMA biex tagħti lir-rikorrent, bla ħsara għal żieda, EUR 1 provviżorju;

jikkundanna lill-EMA għall-ispejjeż.