Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Settembru 2013 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-31/13)

(Servizz pubbliku – Artikolu 34(1) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura – Rikors ippreżentat bil-faks fit-terminu għall-preżentata ta’ rikors miżjud bit-terminu ta’ għaxart ijiem għal raġunijiet ta’ distanza – Rikors ippreżentat bil-posta fl-għaxart ijiem ta’ wara – Assenza ta’ identiċità bejn wieħed u l-ieħor – Tardività tar-rikors)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea

Suġġett

Talba għall-annullament taċ-ċaħda tat-talba tar-rikorrent għall-ħlas ta’ danni bħala kumpens għad-dannu li ġarrab minħabba u b’riżultat tal-assenjazzjoni tiegħu mill-ġdid mid-delegazzjoni tal-Kummissjoni f’Luanda lejn is-sede tal-Kummissjoni fi Brussell.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.