Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Settembru 2013 – Gheysens vs Il-Kunsill

(Kawża F-83/08) 1

(“Servizz pubbliku – Membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt – Kundizzjonijiet ta’ reklutaġġ – Grupp ta’ funzjonijiet – Korrispondenza bejn tipi ta’ kompiti u gruppi ta’ funzjonijiet – Tul tal-impjieg”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Johan Gheysens (Malines, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, sussegwement S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u D. Abreu Caldas, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Bauer u K. Zieleśkiewicz, sussegwentement M. Bauer u J. Herrmann, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ reklutaġġ tar-rikorrent sa fejn din tillimita l-perijodu tal-kuntratt għal sentejn u tikklassifikah fil-grupp ta’ funzjonijiet III, grad 11, skala 1, kif ukoll illegalità tal-Artikolu 88 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg sa fejn dan jawtorizza l-użu suċċessiv ta’ kuntratti għal żmien determinat għal limitu totali ta’ tliet snin.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li tirrekluta lil Johan Gheysens, sa fejn din tiffissa l-klassifikazzjoni tiegħu fil-grupp ta’ funzjonijiet III, hija annullata.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati tliet kwarti mill-ispejjeż esposti minn Johan Gheysens.

Johan Gheysens għandu jbati kwart mill-ispejjeż tiegħu.

____________

1 ĠU C 313, 06.12.2008, p. 59.