Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2013 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-92/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni li l-akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tiġi kkalkolata fuq il-bażi tad-DĠI l-ġodda relatati mal-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Talbiet tar-rikorrenti

jiddikjara l-Artikolu 9 tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali ta’ Implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal illegali u għaldaqstant, mhux applikabbli;

jannulla d-deċiżjoni tal-15 ta’ Frar 2013 li jiġu akkreditati d-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrenti qabel id-dħul tagħha fis-servizz, fil-kuntest tat-trasferiment tagħhom lejn l-iskema ta’ pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem “SPIUE”), b’applikazzjoni tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali ta’ Implementazzjoni (iktar ’il quddiem id-“DĠI”) tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011;jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.