Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2013 – ZZ vs Il-Kunsill

(Kawża F-94/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: E. Marchal, J.-N. Louis, D. Abreu Caldas u A. Coolen, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li jsir il-kalkolu tal-akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz abbażi ta’ dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal;

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tat-30 ta’ Jannar 2013 fir-rigward tal-kalkolu tal-akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrent qabel id-dħul fis-servizz tiegħu fil-Kunsill,

sa fejn hemm bżonn, jannulla d-deċiżjoni tal-11 ta’ Ġunju 2013 li tiċħad l-ilment tiegħu li tistabilixxi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni u ta’ rati attwarjali fis-seħħ fil-mument tat-talba tiegħu għat-trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni tiegħu, jikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.