Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2013 – ZZ vs Il-Parlament

(Kawża F-87/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentanti: A. Salerno, B. Cortese, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew dwar d-distribuzzjoni l-ġdida tad-drittijiet ta’ aċċess għall-mailbox tas-sindakat SAFE.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni kkontestata;

jikkonstata li l-Parlament Ewropew huwa responsabbli għall-eżistenza ta’ danni kemm morali kif ukoll materjali sostnuti mir-rikorrenti minħabba d-deċiżjoni kkontestata u sabiex jatihom kumpens li jagħmel tajjeb għall-imsemmija danni kollha;tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha tal-kawża.