Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Settembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof - l-Awstrija) – proċedimenti mressqa mill-ÖBB Personenverkehr AG

(Kawża C-509/11) 1

Regolament (KE) Nru 1371/2007 – Drittijiet u obbligi tal-passiġġieri ferrovjarji – Artikolu 17 – Kumpens marbut mal-prezz tal-biljett tat-trasport f’każ ta’ dewmien – Esklużjoni f’każ ta’ forza maġġuri – Ammissibbiltà – L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 30(1) – Kompetenzi tal-korp nazzjonali inkarigat bl-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament – Possibbiltà li timponi li t-trasportatur ferrovjarju jkun marbut b’mod vinkolanti li jbiddel il-kundizzjonijiet għal kumpens tal-passiġġieri

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

ÖBB Personenverkehr AG

Fil-preżenza ta’: Schienen-Control Kommission, Bundesministerin für Verkehr, Innovation und Technologie

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Verwaltungsgerichtshof - Interpretazzjoni tal-Artikolu 17 u tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 30(1) tar-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2007, dwar id-Drittijiet u l-Obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (ĠU L 315, p. 14) - Kundizzjonijiet tal-kumpens - Ammissibbiltà tal-esklużjoni tal-kumpens fil-każ ta’ forza maġġuri - Possibbiltà għall-korp inkarigat bl-applikazzjoni tar-regolament li jissostitwixxi l-klawżoli kuntrattwali li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet tal-imsemmi regolament bi klawżoli li huma konformi magħhomDispożittivL-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 30(1) tar-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar id-Drittijiet u l-Obbligi tal-passiġġieri ferrovjarji, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-korp nazzjonali inkarigat bl-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament jista’, fl-assenza ta’ dispożizzjoni nazzjonali għal dan l-iskop, jimponi fuq impriża ferrovjarja, li l-kundizzjonijiet għal kumpens tal-prezz tal-biljett tagħha ma jikkorrispondux mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 17 tal-imsemmi regolament, il-kontenut speċifiku ta’ dawn tal-aħħar.L-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 1371/2007 għandu jiġi interpretat fis-sens li impriża ferrovjarja ma għandhiex dritt illi tinkludi fil-kundizzjonijiet ġenerali tat-trasport tagħha klawżola illi biha tiġi eżentata mill-obbligu tagħha li tagħti kumpens ma

rbut mal-pre

zz tal-biljett minħabba dewmien, meta d-dewmien iseħħ minħabba każ ta’ forza maġġuri jew xi waħda mir-raġunijiet elenkati fl-Artikolu 32(2) tar-Regoli Uniformi dwar il-Kuntratt għat-Trasport Internazzjonali ta’ Passiġġieri u Bagalji bil-Ferrovija tal-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija tad-9 ta’ Mejju 1980, kif emendata mill-Protokoll ta’ Vilnius tat-3 ta’ Ġunju 1999.