Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 – BF vs Il-Qorti tal-Awdituri

(Kawża F-69/11) 1

(Servizz pubbliku – Proċedura intiża sabiex timtela pożizzjoni ta’ direttur – Rapport tal-Kumitat ta’ Preselezzjoni – Motivazzjoni – Assenza – Illegalità tad-deċiżjoni ta’ ħatra – Kundizzjonijiet)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: BF (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Kennedy u J. Vermer, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Awdituri li r-rikorrent ma jinħatarx bħala Direttur tad-Direttorat tar-Riżorsi Umani u li jinħatar kandidat ieħor għall-imsemmija pożizzjoni.DispożittivId-deċiżjonijiet tat-18 ta’ Novembru 2010 li permezz tagħhom il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea ħatret lil Z bħala Direttur tar-Riżorsi Umani u ċaħdet il-kandidatura ta’ BF għal dan l-impjieg huma annullati.Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba tal-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea sabiex mill-proċess jitneħħew l-Annessi A 7 u A 11 tar-rikors.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn BF.