Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Settembru 2013 – Scheidemann vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-76/12) 1

(Servizz pubbliku – Uffiċjal – Trasferiment interistituzzjonali – Artikoli 43 u 45 tar-Regolamenti tal-Persunal – Promozzjoni– Punti ta’ mertu – Ugwaljanza fit-trattament – Awtonomija tal-istituzzjonijiet)

Lingwa tal-kawża: iIl-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Sabine Scheidemann (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tat-trasformazzjoni tal-punti ta’ mertu miksuba fi ħdan istituzzjoni oħra u tan-nota amministrattiva li tippubblika l-lista tal-uffiċjali promossi fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2011.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

S. Scheidemann għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.