Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2013 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-96/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal u D. Abreu Caldas, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent jiġi assenjat mill-ġdid b’effett retroattiv mid-delegazzjoni tax-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta’ Gaza f’Ġerusalemm tal-Lvant għad-DĠ Mobbiltà u Trasport, direttorat Riżorsi Komuni MOVE/ENER fi Brussell.

Talbiet tar-rikorrenti

Id-deċiżjoni ffirmata mill-kap tat-tim: Moviment tal-persunal, ġestjoni tal-karriera u tar-rendiment tal-25 ta’ Jannar 2013 li tassenjah mill-ġdid, b’effett retroattiv għall-1 ta’ Jannar 2013, għad-DĠ Mobbiltà u Trasport, direttorat Riżorsi Komuni MOVE/ENER fi Brussell;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas lir-rikorrent tas-somma simbolika ta’ EUR 1 bħala kumpens għad-dannu morali u materjali flimkien u għall-ispejjeż.