Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ottubru 2013 – ZZ vs EMA
(Kawża F-103/13)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot, avukati)
Konvenut: EMA
Suġġett
Annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tal-karriera tar-rikorrent, li jirrigwarda l-perijodu mill-15 ta’ Settembru 2010 sas-16 ta’ Jannar 2012.
Talbiet tar-rikorrent
tannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent fir-rigward tal-perijodu bejn il-15 ta’ Settembru 2010 u l-15 ta’ Settembru 2012 kif iffinalizzat fis-16 ta’ Jannar 2013;
tannulla, sa fejn huwa meħtieġ, id-deċiżjoni tat-2 ta’ Lulju 2013 tad-Deputat Direttur Eżekuttiv tal-EMA, li parzjalment tiċħad l-ilment tiegħu tas-6 ta’ Marzu 2013 kontra d-deċiżjoni ċċitata iktar ’il fuq;
tikkundanna lil EMA għall-ispejjeż.