Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-1 ta’ Ottubru 2013 – Loukakis et vs Il-Parlament
(Kawża F-82/11) 1
(Servizz pubbliku – Kumitat tal-Persunal tal-Parlament – Elezzjonijiet – Irregolaritajiet fil-proċess elettorali)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Nicolaos Loukakis et (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Seyr u M. Ecker, aġenti, inizjalment assistiti minn D. Waelbroeck, avukat, sussegwentement minn A. Duron, avukat)
Partijiet intervenjenti: Solidarité pour les agents et fonctionnaires européens, Syndicat général du personnel des organismes européens, Fédération de la fonction publique européenne et Pluralist (rappreżentanti: J. Choucroun, avukat)
Suġġett
Talba sabiex tiġi kkonstatata l-illegalità tal-elezzjonijiet tal-Kumitat tal-Persunal tal-Parlament u tal-astensjoni tal-Parlament Ewropew milli jintervjeni fir-rigward tad-diversi illegalitajiet li affettwaw il-proċess elettorali.
Dispożittiv
Id-deċiżjoni impliċita tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Mejju 2011 li ma jiċċensurax l-irregolaritajiet li affettwaw l-elezzjonijiet tal-Kumitat tal-Persunal ta’ Novembru 2010 hija annullata.
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.
L-organizzazzjonijiet sindakali Solidarité pour les agents et fonctionnaires européens, Syndicat général du personnel des organismes européens, Fédération de la fonction publique européenne, minn naħa, u l-organizzazzjoni sindakali Pluralist, min-naħa l-oħra, għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.
____________1 ĠU C 340, 19.11.2011, p. 41.