Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 – BF vs Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea
(Kawża F-59/12) 1
(Servizz pubbliku – Nomina – Pożizzjoni vakanti ta’ direttur – Avviż ta’ pożizzjoni vakanti – Att li jikkawża preġudizzju – Assenza – Inammissibbltà)
Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: BF (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Konvenut: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Kennedy u J. Vermer, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti ECA/2011/67 tal-Qorti tal-Awdituri għal-post ta’ direttur tad-direttorat tar-riżorsi umani.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
BF għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea.
____________1 ĠU C 227, 28.07.2012, p. 38.