Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2013 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-90/13)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: L. Mansullo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent bil-għan li jikseb kumpens għad-danni subiti minħabba allegat ksur tad-dritt tiegħu tal-kunfidenzjalità kkawżat mit-trażmissjoni, minn naħa tal-konvenuta, ta’ ittra, dwar is-sitwazzjoni tiegħu, lil avukat li ma kienx qed jirrapreżentah.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla ċ-ċaħda, tkun xi tkun il-forma, tat-talba tas-26 ta’ Ottubru 2012, trażmessa mir-rikorrent lill-Kummissjoni, li rċevietha b’mod regolari;

jannulla ċ-ċaħda, tkun xi tkun il-forma, tat-talba tal-4 ta’ Lulju 2012, trażmessa mir-rikorrent lill-Kummissjoni, li rċevietha b’mod regolari;

jannulla ċ-ċaħda, tkun xi tkun il-forma, tal-ilment tas-26 ta’ Settembru 2012, imressaq kontra d-deċiżjoni li tiċħad it-talba tad-9 ta’ Marzu 2012, trażmessa mir-rikorrent lill-Kummissjoni, li rċevietu b’mod regolari;

jannulla n-nota datata t-12 ta’ Novembru 2012, li tikkontjeni, fil-parti ta’ fuq fin-naħa tal-lemin tal-unika paġna tagħha, ir-referenza “HR.D.2/MB/ac/Ares (2012) 1332162”;

jannulla n-nota datata s-27 ta’ Settembru 2012, li tikkontjeni, fil-parti ta’ fuq fin-naħa tal-lemin tal-ewwel miż-żewġ paġni tagħha, ir-referenza “Ref Ares (2012) 1131229 - 27.09.2012”;jannulla ċ-ċaħda, tkun xi tkun il-forma, tal-ilment tal-10 ta’ Marzu 2013;jannulla ċ-ċaħda, tkun xi tkun il-forma, tal-ilment tat-2 ta’ Jannar 2013;jekk ikun meħtieġ, tannulla n-nota tad-29 ta’ April 2013, li tikkontjeni fil-parti ta’ fuq fin-naħa tal-lemin tal-ewwel mit-tlett paġni tagħha r-referenza “Ref. Ares (2013) 977767 – 29.04.2013”;jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 10 000.00, flimkien ma’ interessi kkalkolati fuq din is-somma bir-rata ta’ 10 % fis-sena, b’kapitalizzazzjoni annwali, sa mit-28 ta’ Frar 2013 u sal-ħlas effettiv tal-imsemmija somma;jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 25 000.00, flimkien ma’ interessi kkalkolati fuq din is-somma bir-rata ta’ 10 % fis-sena, b’kapitalizzazzjoni annwali, sa mill-5 ta’ Novembru 2012 u sal-ħlas effettiv tal-imsemmija somma;jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.