Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ottubru 2013 – ZZ vs FRA

(Kawża F-106/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tad-Direttur tal-FRA li timponi sanzjoni dixxiplinarja fil-forma ta’ twissija fuq ir-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tad-Direttur tal-FRA, tal-20 ta’ Frar 2013, li tagħti twissija u, jekk meħtieġ, id-deċiżjoni tat-22 ta’ Frar 2013 li tikkonferma t-twissija bil-miktub;

jekk meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni tad-Direttur tal-FRA tas-17 ta’ Lulju 2013, riċevuta fit-18 ta’ Lulju 2013, li tiċħad l-ilment;

jagħti lir-rikorrent kumpens xieraq għad-dannu morali kkawżat bl-illegalità serja u bl-irregolarità tal-investigazzjoni amministrattiva u tad-deċiżjoni li tingħata twissija. Dan id-dannu morali huwa evalwat ex aequo et bono fl-ammont ta’ EUR 15 000;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.