Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-5 ta’ Diċembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Riigikohus – l-Estonja) – Nordecon AS, Ramboll Eesti AS vs Rahandusministeerium

(Kawża C-561/12) 1

(Kuntratti pubbliċi – Proċedura nnegozjata bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt – Possibbiltà, għall-awtorità kontraenti, li tinnegozja offerti li ma humiex konformi mar-rekwiżiti imperattivi tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet relatati mal-kuntratt)

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Qorti tar-rinviju

Riigikohus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Nordecon AS, Ramboll Eesti AS

Konvenuta: Rahandusministeerium

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Riigikohus - Interpretazzjoni tal-Artikolu 30(2) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132) - Proċedura nnegozjata bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt - Possibbiltà jew le tal-awtorità kontraenti li tibda negozjati fir-rigward ta’ offerti li ma humiex konformi mar-rekwiżiti imperattivi tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt pubbliku - Speċifikazzjonijiet tekniċi mibdula matul in-negozjati - Possibbiltà li l-kuntratt pubbliku jingħata lill-offerent li jipproponi offerta mhux konformi ma’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi

Dispożittiv

L-Artikolu 30(2) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], ma jawtorizzax lill-awtorità kontraenti tinnegozja mal-offerenti offerti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti imperattivi stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-kuntratt.

____________

1 ĠU C 38, 09.02.2013.